Il-Qorti ordnat lill-eks editur tan-Nazzjon biex iħallas is-somma t’erbat elef ewro f’danni għal Silvio Scerri – iċ-chief of staff tal-Ministru Manuel Mallia fiż-żmien li kien Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Dan wara li f’artiklu kien allegat li kien l-indħil politiku ta’ Scerri li wassal għar-riżenja tal-Kap tas-Servizzi tas-Sigurtà u d-Deputat tiegħu. XI ħaġa li rriżultat mhix minnha fil-qorti.