Il-qorti tal-appell ikkonfermat sentenza fil-konfront tal-ġurnal In-Nazzjon u ġie ordnat iħallas €3,000 lill-pulizija Mario Farrugia.
Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Anthony Ellul qieset l-artiklu ppubblikat fil-ġurnal In-Nazzjon fl-2014 li kien libelluż u malafmanti fil-konfront tas-Sur Farrugia.
Ir-rapport allega li Farrugia kien wieħed mill-aktar uffiċjali ħorox fl-attitudni tiegħu kontra partitarji nazzjonalisti meta kien fl-SMU.
Il-qorti qalet li ma tressqet l-ebda prova li tista’ tilleġittima dak li nkiteb fl-artiklu u li kellha dubji serji dwar x’influwenza seta’ kellu Mifsud f’dik it-taqsima meta ma nġiebet ebda prova li fil-perjodu qasir li għamel fl-SMU kellu xi inċidenti ma’ partitarji tal-Partit Nazzjonalista.
Il-qorti qalet li kliem li nkiteb fl-artiklu huma attakk ċar għar-reputazzjoni ta’ Farrugia bħala pulizija u għalhekk ċaħdet l-appell bl-ispejjeż kontra in-Nazzjon.