Il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, n-Nazzjon, safa ħati ta’ libell fil-konfront tal-Pulizija, wara li lura f’ Novembru tal-2014 il-gazzetta ħarġet bit-titlu “IL-GVERN ISEJJAĦ LURA PULIZIJA TAL-SMU”.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale ddikjarat li dan l-artiklu kien wieħed malafamanti. L-artiklu kien jgħid li Pulizija lura fit-tmeninijiet kien parti mill-Ispecial Mobile Unit reġa’ daħal fil-korp u dan l-individwu kien aħrax man-Nazzjonalisti.
Il-Pulizija sostniet li minkejja li l-artiklu fih xi fatti korretti qiegħed jitfa’ dell ikrah fuq il-Pulizija Mario Farrugia filwaqt li jagħmel allegazzjonijiet serji wkoll.
Il-Maġistrat Depasquale qal li filwaqt li l-libertà tal-espressjoni huwa dritt huwa importanti li r-reputazzjoni ta’ persuna tkun protetta. Il-Qorti ordnat lill-gazzetta tħallas lill-Mario Farrugia is-somma ta’ €3,000