Il-Gvern Malti qed jistenna d-data li fiha se titħabbar is-sentenza tal-Qorti Ewropea dwar l-insib. Dan wara li l-Gvern ippreżenta l-argumentazzjoni tiegħu għaliex it-tradizzjoni tal-insib għandha titkompla f’ pajjiżna.
In-nassaba Maltin ukoll qed jistennew b’ħerqa l-eżitu ta’ din is-sentenza li ser tiddetermina l-futur tad-delizzju tagħhom.
Delizzju li tul dawn l-aħħar snin iktar serva ta’ qtiegħ il-qalb u dwejjaq dan hekk kif Gvern preċedenti kien għalaq l-insib għal seba snin sħaħ u kien biss Gvern Laburista li fl-elfejn u tlettax reġa fetaħ l-istaġun tal-insib.
Matul is-seba’ snin li dam magħluq l-istaġun tal-insib, diversi nassaba għaddew minn martirju sħiħ tant li kien hemm uħud li sfortunatament waqgħu f’dippressjoni.
Dan minħabba l-fatt li dak li kienu ilhom jagħmluh sa minn meta kienu tfal waqaf ħesrem.
Fost dawn hemm Paul Cutajar nassab sa mill-eta’ ta’ għaxar snin fejn qal li matul dak iż-żmien kien jiġi bi dwejjaq kbar għax jaf li kull ma jista’ jagħmel hu jpoġġi u jħares lejn l-għasafar.
Oħrajn minkejja li ma’ għaddewx mill-istess sitwazzjoni xorta waħda ħassew in-nuqqas tad-delizzju tagħhom fosthom Kevin Farrugia.
Farrugia qal “ħeq qisni bniedem mejjet ħassejtni. Għandek l-għasafar tgħalifhom u ma tistax tonsob bihom. Filgħodu jaqbad jibda jisbaħ b’temp sabiħ. Ngħid jien, qisek għandek karozza Ferrari ġo garaxx u ma tistax toħroġha.”
Farrugia sostna kif “l-aktar oġġett li nħobb hu l-għasafar għax meta ma konniex nonsbu ma konna nħossuha ħafna. Issa erġajna bdejna nonsbu naqra. L-għasafar inħobbuhom meta naqbduhom nieħdu ħsiebhom.”
In-nassaba jirrikonoxxu l-fatt li Gvern Laburista sewa ta’ tama ġdida għad-delizzju tagħhom dan minkejja li jinsabu b’ qalbhom mtertqa biex fi ftit tal-ġimgħat oħra tkun il-Qorti Ewropeja li taqta’ l-kundanna.
Farrugia sostna kif kien dan l-unika Gvern li għen fuq kaċċa u nsib fejn issa qed jistennew biex jaraw u jistennew milli jgħidulhom, allavolja xorta qalbu tinsab maqtugħa