In-NASA ħabbret li se tkun qed tibgħat żewġ missjonijiet lejn il-pjaneta Venus sabiex tiġi eżaminata l-atmosfera u l-karatteristiċi ġeoloġiċi tal-pjaneta.
Apparti minn hekk se jkunu qed jistudjaw kif il-pjaneta saret b’temperatura daqstant għolja li tlaħħaq il-500 grad celsius, temepratura li kapaċi ddewweb iċ-ċomb.
Dawn il-missjonijiet se jsiru bejn l-2028 u l-2030 u se jiswew biljun dollaru.
L-Amerika ilhom mis-sena 1990 ma jżuru din il-pjaneta, filwaqt li vetturi spazjali mill-Ewropa u l-Ġappun orbitaw il-pjaneta f’dawn l-aħħar tletin sena.