In-National Aeronautics and Space Administration (NASA) mistennija jindirizzaw konferenza tal-aħbarijiet fejn se jħabbru li skoprew xi ħaġa lil hinn mis-sistema solari tagħna.
Waqt l-avveniment se jiżvelaw informazzjoni maġġuri dwar dawk li jissejħu exoplanets: pjaneti li jduru madwar stilel oħra u mhux ix-xemx. Ma pprovdew ebda dettalji oħra dwar dak li se jkun żvelat. Madnakollu dejjem kien hemm tama li dawn l-exoplanets joffru ħajja band’oħra.