L-Aġenzija tal-Ispazju tal-Istati Uniti, in-NASA, wasslet ħelikopter żgħir bl-isem Ingenuity fuq il-pjaneta Mars. L-Aġenzija qed tgħid li din hija l-ewwel operazzjoni fejn il-makkinarju ttajjar u ġie kkontrollat minn fuq pjaneta differenti.
B’kollox il-ħelikopter dam ftit anqas minn minuta fl-ajru.
L-Aġenzija qalet ukoll li mistennija twettaq titjiriet simili fil-jiem li ġejjin hekk kif ix-xjentisti tagħha qed jesploraw il-limiti tat-teknoloġija.