“Kont twissina biex insuqu bil-galbu u kellek titlef ħajtek fl-istess triq li kont imxejt, qdift bir-rota u soqt għal eluf ta’ drabi tul dawn l-aħħar 95 sena li kont ilek ħaj.” Dan kien il-messaġġ ta’ wieħed min-neputi tal-anzjan li lbieraħ tielf ħajtu f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina fid-daħla ta’ Ta’ Qali.
Kienu bosta li kitbu kummenti ta’ sogħba għat-telfa ta’ ħabib u qarib fejn taw il-kndoljanzi tagħhom lill-qraba tal-anzjan.