L-Ispeaker Anġlu Farrugia meta dalgħodu rċieva żjara ta’ korteżija mill-membri tal-Fondazzjoni Nanniet Malta f’għeluq it-tielet anniversarju mit-twaqqif tal-fondazzjoni.
Matul il-laqgħa ġew diskussi temi relatati mar-realtajiet li jaffaċċjaw il-familji Maltin u l-importanza li llum għandhom in-nanniet fit-trobbija tan-neputijiet.
Tkellmu dwar diversi nanniet li jinsabu jsofru hekk kif jinsabu maqtugħa mill-familja u saħansitra impeduti milli jaraw lin-neputijiet.
L-Ispeaker fakkar fil-bidu tat-twaqqif tal-fondazzjoni fl-2013, meta fl-ewwel sessjoni plenarja tressqet mozzjoni li għaddiet bi qbil bejn iż-żewġt naħat tal-Kamra u b’hekk t-tieni Ħadd ta’ Ottubru beda jkun rikonoxxut bħala ‘Jum in-Nanniet ’.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal ukoll li huwa kburi li bħala l-Ispeaker tal-Parlament Malti, kien u għadu l-unika Parlament fl-Unjoni Ewropeja li fetaħ il-bibien sabiex tiġi rikonoxxuta din il-fondazzjoni u ħidmietha.
Il-fundattur tal-fondazzjoni Philip Chircop fakkar li llum-il ġurnata, il-Fondazzjoni Nanniet Malta hija wkoll membru sħiħ fl-organizazzjoni Ewropea Age Platform Europe.
Ritratti: DOI