B’investiment ta’ erbgħa u għoxrin miljun ewro, il-proġett tar-riġenerazzjoni tan-naħa ta’ isfel tal-Belt Valletta jinsab fi stadju avvanzat.
F’Awwissu, beda ir-restawr tas-swar mill-pitch tal-waterpolo tal-Belt Valletta sa Forti Sant Iermu. Partijiet mis-swar diġà tlesta r-restawr fuqu.
Ir-restawr beda wara li l-Korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-Ministeru tal-Kultura għamlu l-istudji neċessarji, biex permezz tar-restawr ikun jista’ jsir it-tindif u tiswija tal-stess swar.Bir-restawr tas-swar se jkun lest sal-ewwel kwart tas-sena dieħla. Meta jitlesa r-restawr, is-swar se jinxtgħel sabiex jagħti dehra isbaħ lin-naħa ta’ isfel tal-belt kapitali.
Apparti is-swar, beda x-xogħol ukoll tar-restawr fuq il-faċċata tal-Berġa tal-Baviera, li hija il-binja tal-awtorita tal-artijiet. Bil-proġett jinkludi ir-restawr tal-erba faċċatti ta’ din il-Berġa.
Ic-chairman tal-korporazzjoni għar-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Stefan Zrinzo Azzopardi spjega l-importanza ta’ dan ir-restawr fil-Belt Kapitali tagħna.
Minn dan il-proġett se jkunu qegħdin jibbenefikaw ir-residenti Beltin li joqogħdu fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta.
Binjiet ta’ housing soċjali li hemm fin-naħa ta’ isfel tal-Belt jiġu riġġenerati u jikkumplimentaw mas-sħubija tal-Belt Kapitali.
Filfatt, il-Ministru għat-turizmu Konrad Mizzi qal diġà sar xogħol fuq blokka tal-gvern li fiha ħdax-il appartament.
B’dan il-proġett se jkompli jagħti aktar ħajja lill-Belt Kapitali tagħna u l-beltin jiqbgħu jgħixu fil-Belt twelidhom.