l-Puliżija ikkonfermat li temmet l-investigazzjoni dwar il-ħruġ ta’ viżi lill-pazjenti Libjani li allegatament kienu irregolari.
Iżda f’ kummenti ma’ TVM, il-Pulizija qalet li mill-provi ppreżentati dawn l-allegazzjonijiet li saru minn persuna Libjana dwar Neville Gafa mill-Ministeru tas-saħħa mhumiex minnhom.
Il-Pulizija saħqet li ma rriżultax li la Gafa, u l-anqas persuni oħra mill-gvern ta’ Malta aġixxew b’ imġieba kriminali.
L-allegazzjonijiet, li kienu mxejna, kienu jgħidu li għadd ta’ Libjani li applikaw biex jiġu Malta kellhom ixaħħmu biex jieħdu l-viża.
Fil-jiem li għaddew Neville Gafa sostna li ikkopera bi sħiħ mal-pulizija u tahom l-informazzjoni kollha mitluba. Minn mindu ħarġu l-allegazzjonijiet Gafa kien konsistenti u ċaħad għal kollox l-allegazzjoni li jaqla’ mal-mija u ħamsin elf ewro fix-xahar mill-ħruġ tal-viżi irregolari. Saħansitra talab li ssir investigazzjoni mill-Pulizija biex ismu jitnaddaf, kif fil-fatt ġara.
Fl-aħħar 24 siegħa The Malta Independent u l-Kap tal-Oppożizzjoni immuntaw kampanja sħiħa fuq is-Sur Gafa u għamlu diversi allegazzjonijiet fil-konfront ta’ dan l-uffiċjal tal-Gvern. Liema allegazzjonijiet issa ġew miċħuda wara investigazzjonijiet intensivi li kienu għaddejjin fl-aħħar ġimgħat.