L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa jiċħad li f’pajjiżna kien hawn il-ħmistax-il vittma tal-COVID-19.
Fi stqarrija l-Ministeru tas-Saħħa spjega kif rappreżentant tal-ECDC, is-sit li rrapporta dan in-numru bi żball, bagħat komunikat formali lill-Ministeru għas-Saħħa jiskuża ruħu f’isem l-istituzzjoni, fejn spjega li dan kien purament żball tal-kitba (typo) min-naħa ta’ min iniżżel in-numri fuq is-sit.
Huwa spjega li ta’ kuljum dan is-sit jaġġorna, manwalment, in-numri tal-COVID-19 t’ iktar minn 200 pajjiż u li għalhekk dan kien żball ġenwin.
Il-Ministeru għas-Saħħa appella kontra t-tixrid ta’ informazzjoni żbaljata.