Enedi Tafa, Albaniż ta’ 30 sena ġie mwissi mill-Qorti biex ma jwettaqx reat ieħor fi żmien sentejn wara li nstab ħati li xejjer daqqa ta’ ponn fuq wiċċ sieħbu b’riżultat li kellu jagħmel il-punti.
Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ġie spjegat li r-raġel kien qed jixrob il-birra ma’ sħabu li jgħixu miegħu fl-appartament inkluż il-vittma.
Kien hemm li l-vittma semma xi ħaġa fuq il-familja ta’ Tafa b’riżultat li waqt li kien xurban Tafa tah daqqa ta’ ponn u fetaħlu fuq għajnejh ix-xellugija.
Il-vittma fix-xhieda tiegħu qal li ħafer lill-imputat u talab lill-Pulizija biex ma jiħdux passi kontrih.