Paulo De Costa Osorio ta’ 49 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest iżda ngħata twissija mill-Qorti biex ma jersaqx aktar lejn id-dar tal-eks sieħba tiegħu. Hija tgħix f’residenza l-Fgura flimkien ma’ zijuha u binha.
Ir-raġel ġie imwissi numru ta’ drabi anke mill-Pulizija biex ma jersaqx aktar lejn ir-residenza tal-eks sieħba tiegħu.
Iżda nhar is-Sibt li għadda r-raġel prova jisgassa l-bieb biex jidħol fir-residenza tagħha. Dan ma kienx l-ewwel attentat tiegħu hekk kif diġà prova jidħol fir-residenza erbà darbiet oħra.