B’reazzjoni għall-inċident fatali li involva numru ta’ turisti fiż-Żurrieq, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu waqqfet taqsima apposta sabiex toffri sosten lit-turisti affetwati f’dan il-mument tant diffiċli għalihom. Din it-taqsima se tkun qed tagħmel kuntatt ma rappreżentanti internazzjonali kif ukoll mal-qraba ta’ dawk li jmorru jfittxu l-għajnuna.
Dan ħabbru l-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi permezz ta’ tweet fuq is-sit Twitter. Sabiex tikkuntatja lill-din it-taqsima wieħed għandu jċempel fuq 22915405 jew jibgħat e-mail fuq supportunit@visitmalta.com