Twaqqfet inizzjativa bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali u l-għaqda każini tal-baned biex ma jkunx ikkunsmat xorb f’livelli eċċesivi fil-festi madwar Malta u Għawdex, speċjalment fost etajiet żgħar.
Il-bżonn inħass fid-dawl tal-istatistika inkwetanti li tpoġġi lil Malta fuq nett fejn jidħol abbuż t’alkoħol, dan ikkonfermat minn studju imwettaq mill-Espad, li hija l-iskola Ewropeja dwar l-alkoħol u sustanzi llegali.
Studju li fost oħrajn jixhed kif sitta u temnin fil-mija ta’ persuna taħt l-eta xorbu alkoħol xi darba jew oħra f’ħajjithom , figuri li huma sitta fil-mija aktar mill-medja Ewropeja. Għar minn hekk sebgħa u erbgħin fil-mija ta’ żagħżagħ taħt l-eta ġili ikkunsmaw livelli għoljin ħafna t’alkoħol li fisser ukoll stat u mġieba ħażina ħafna.
Kien għalhekk li l-Ministeru għall-familja, drittjiet tat-tfal u solidarjetà soċjali waqqaf dan il-proġett li qed jimmira li joħloq iktar għarfien dwar l-effetti ħżiena tax-xorb f’etajiet żgħar. Kif wkoll kif dan jsita jwassal biex itappan is-sabiħ tat-tradizzjonijiet tal-festi.