Il-Pulizija Ġermaniża arrestat tliet persuni u raġel ieħor qed jinżamm fil-Paragwaj wara li dawn qed jiġu akkużati li kienu qed imexxu wieħed mill-akbar siti online fid-dinja u li fuqu kienu qed jinxterdu ritratti ta’ abbużi sesswali fuq it-tfal.
Uffiċjali qalu kif dan is-sit kellu aktar minn 400,000 persuna reġistrata, filwaqt li sorsi qalu li xi ritratti wrew abbużi ferm serji fuq tfal.