Hu mifhum li Naa’imur Zakariyah Rahmam, ta’ għoxrin sena, qed jiġi akkużat li waqqaf pjan terroristiku sabiex jikseb aċċess għal Downing Street u jattakka lil Prim Ministru Ingliż Theresa May.
Investigazzjonijiet mis-servizz sigriet Ingliz għadom għaddejin rigward dan il-każ hekk kif hu mifhum li Rahman ser jidher quddiem il-qorti fil-ħin li ġej.
F’kumment li għadda lil kabinett Ingliż, Andrew Parker, kap tas-servizz sigriet Ingliż, saħaq li dan kien wieħed fost disgħa pjanijiet li s-servizz sigriet interċetta f’dawn l-aħħar xhur.