Aġenziji tas-Sigurtà Sigrieti Ukreni ikkonfermaw li żammew raġel Franċiż li fuqu kellu ammont kbir ta’ armi, u li kien qed jippjana attakki tal-massa għall-logħob tal-Euro 2016.
Ir-raġel, identifikat biss bħala Gregoire M, għandu 25 sena u kien arrestat ix-xahar li għadda fil-konfini bejn l-Ukrajna u l-Polonja. Kien qed jippjana 15-il attakk b’kollox, motivat minn ideoloġiji estremisti. Għand ir-raġel instabu snieter differenti inkluż ħames Kalashnikovs, 100 detonator, 5,000 tip ta’ munizzjon u 125kg ta’ splussiv TNT.
Ir-raġel kien jaħdem ġo koperattiva tal-biedja u kien minn Lorraine, fil-Punent ta’ Franza. Forzi sigrieti Ukreni qalu li kienu ilhom b’għajnejhom fuqu minn Diċembru.