Miet ir-raġel ta’ 61 sena li jgħix iż-Żebbuġ Għawdex wara li kellu inċident bil-mutur li kien qiegħed isuq fiċ-Ċirkewwa.
L-inċident seħħ fid-19 ta’ Ġunju għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa.
Mill-ewwel staħrriġ tal-pulizija rriżulta li l-vittma għal xi raġuni ħabat mal-barrikati u waqa’.
F’każ separat l-anzjan ta’ 80 sena mis-Swieqi li sofra ħruq fi splużjoni, x’aktarx ikkawżata minn ħruġ ta’ gass, tilef ħajtu wkoll fl-Isptar Mater Dei.
Dan il-każ seħħ fit-23 ta’ Ġunju f’garaxx fi Triq Qantar, is-Swieqi.
Il-vittma kien ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie
ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post
sabiex jassistu.
B’rabta maż-żewġ każijiet infetħet inkjesta maġisterjali.