Il-Ħadd, tlieta minn sitt persuni abbord ħelikopter mediku Ġappuniż li kien qed iġorr pazjent, mietu hekk kif dan ġġarraf fil-baħar fil-Lbiċ tal-Ġappun.
Il-pilota Hiroshi Hamada ta’ 66 sena, Katsuto Yoshitake mekanik tal-ħelikopters u nurse ta’ 28 sena Sakura Kunitake kienu salvati mill-gwardja tal-kosta wara li sabuhom fil-baħar iżommu ma tyres ta’ salvataġġ. It-tlieta li huma kienu qed isofru minn ipotermija.
Aktar tard ġew rikoverati l-iġsma tat-tabib Kei Arakawa ta’ 34 sena, il-pazjent ta’ 86 sena Mituki Motoishi u l-carer tagħha Kazuyoshi Motoishi ta’ 68 sena.
Il-ħelikopter kien fi triqtu lejn sptar f’Fukuoka wara li telaq minn ajruport f’Nagasaki Prefecture meta ġġarraf.
S’issa għadha mhux magħrufa l-kawża tal-inċident.