Minn tal-inqas 7 partitarji tat-tim Mancehster United tilfu ħajjithom fin-Niġerja u oħrajn sfaw midruba wara li ħadu xokk tal-elettriku waqt li kienu qed jaraw l-partita li saret ilbieraħ filgħaxija fin-Niġerja.
Persuni li kienu fuq il-post qalu li l-ewwel raw dawl qawwi qabel ma cable tad-dawl tqaċċat minn mal-pilastru u waqa’ fuq għadd ta’ nies.
L-inċident seħħ f’post apposta fejn wieħed jista’ jmur biex isegwi partita, fil-Belt ta’ Calabar.
Il-partita kienet kontra Anderlecht.
Fuq il-midja soċjali Facebook, Manchester United ħallew messaġġ ta’ dispjaċir fejn qalu li l-ħsieb tagħhom hu mal-partitarji tal-Manchester, familthom, sħabhom u dawk li ġew affettwati.
Għalkemm il-midja lokali tan-Niġerja qed tirrapporta li mietu minn tal-inqas 30 persuna, il-Pulizija kkonfermat mas-sit BBC li waqt din it-traġedja tilfu ħajjithom seba’ persuni u bosta oħra jinsabu rikoverati l-isptar.