In-numru ta’ fatalitajiet f’Gaża u l-Iżrael baqa’ jiżdied tul il-jum hekk kif baqa’ għaddej il-ġlied bejn il-Lhud u l-Palestinjani. It-tensjoni bejn it-tnejn fl-aħħar jiem eskalatat tant, li t-Tnejn bil-lejl ġew sparati aktar minn tliet mitt rokit lejn Iżrael fejn mal-ewwel mietu żewġ persuni.
Missili tal-grupp Hamas ġew sparati minn Gaża u laqtu wkoll djar f’Ashkelon.
Intant il-qawwiet tal-Iżrael irritaljaw għal dan b’attakk mill-ajru fuq Gaża, bl-ewwel indikazzjonijiet juru li nqatlu 28 persuna.
L-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u r-Renju Unit lkoll appellaw għall-kalma hekk kif l-affarijiet komplew jeskalaw.