Minn tal-inqas tmien persuni mietu wara li funikular waqa’ viċin ix-xmara Maggiore fit-Tramuntana tal-Italja. Filwaqt li żewġt itfal ittieħdu fi sptar ta’ Turin.
L-inċident seħħ meta l-funikular kien qed jittrasporta xi nies fir-raħal ta’ Stresa fir-reġjun ta’ Piemonte.
Membri tas-salvataġġ kif ukoll is-servizz tal-emerġenza tal-ħelikopter wieġbu mmedjatament għas-sejħa ta’ assistenza għall-inċident serju li seħħ illum wara nofsinhar.