Minn tal-inqas għaxar persuni mietu filwaqt li 20 oħra ndarbu meta vann li kienu fih ħabat f’Texas. Ix-xufier u disa’ persuni ġew iddikjarati mejta fuq il-post filwaqt li l-kumplament ittieħdu f’faċilitajiet tas-saħħa lokali.
Skont l-awtoritajiet Amerikani, il-vann kien għaddej b’veloċità qawwija, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ arblu.
Dan il-vann għandu kapaċità li jgħabbi 15-il persuna, madanakollu kien hemm id-doppju tan-nies fih. Huwa maħsub li wħud mill-passiġġieri kienu migranti mingħajr id-dokumenti neċessarji, li qassmu l-fruntiera mill-Messiku.