Ħamest itfal mietu u erbgħa oħra ndarbu wara li waqgħu minn ġo bouncy castle li tar mar-riħ fl-Awstralja.
L-aċċident kien ikkawżat minn buffura tar-riħ u seħħ f’ġurnata meta waħda mill-iskejjel primarji kienet qed tiċċelebra l-hekk imsejħa Fun Day f’Devonport f’Tasmania.
Il-Pulizija qalet li t-tfal waqgħu għoli ta’ madwar għaxar metri.
L-etajiet tat-tfal aktarx huma kollha bejn għaxar snin u t-tnax-il sena.
Il-Prim Ministru Awstraljan, Scott Morrison iddeskriva l-aċċident bħala wieħed ta’ qsim il-qalb fejn mument ta’ pjaċir għat-tfal inbidel fi traġedja.