Iż-żewġ subien sijamiżi li twieldu x-xahar li għadda fil-qalba tal-kunflitt imdemmi fis-Sirja, mietu. Organizazzjoni filantropika qalet li l-ulied Nawras u Moaz kienu qed jistennew id-dokumenti meħtieġa ħalli jiġu msiefra barra mill-pajjiż biex jirċievu trattament mediku.
Jiżnu ftit iżjed minn ħames kilogrammi flimkien, iż-żewġ trabi twieldu ftit ‘l bogħod mill-kapitali Damasku u kienu magħqudin minn sidirhom. It-trabi flimkien mal-familthom tħallew jiġu evakwati minn Douma, post fejn kien għaddej il-ġlied iżda bis-sitwazzjoni tas-saħħa xejn tajba fil-pajjiż, ftit kien hemm futur għal ħajjet dawn iż-żewġ ċkejknin.