Minn tal-inqas 116-il persuna mietu waqt ġlied bejn gruppi rivali f’ħabs fl-Ekwador. Qed jiġi rrapportat li din hija l-agħar att vjolenti fl-istorja tal-ħabs.
Minn tal-inqas ħames priġunieri spiċċaw b’rashom maqtugħha filwaqt li l-kumplament inqatlu b’tiri.
F’dan il-ħabs hemm persuni li jagħmlu parti minn grupp fl-Ewkador li għandhom xi rabtiet ma’ graupp Messikani li jittraffikaw id-droga.
Minn tal-inqas 400 pulizija intervjenew f’din ir-rewwixta, ordnata mill-istess grupp, sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni, f’dik li d-Direttur tal-ħabs Bolivar Garzón iddiskreviha bħala waħda terribbli.
Il-ħabs Litoral Penitentiary huwa meqjus bħala l-aktar ħabsijiet perikolużi fil-pajjiż.