Disa’ ħaddiema nqatlu wara li ġġarraf briġġ li kien taħt kostruzzjoni fil-Kolombja. Il-briġġ f’Chirajara ħalla wkoll ħames persuni midruba.
Il-ministru għat-trasport tal-pajjiż fisser dan il-każ bħala traġedja u qal li l-kawża tat-tiġrif ser tkun investigata.
B’xorti tajba ntqal li fil-ħin li seħħ il-każ, ma kienx hemm ħafna ħaddiema fuq il-briġġ hekk kif ħafna kienu qegħdin jingħataw informazzjoni dwar sikurezza.