Minn tal-inqas sitta u għoxrin persuna mietu fl-istati Amerikani ta’ Mississippi u Alabama wara li tromba għamel ħerba sħiħa mill-istati fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti.
Ma waqfitx il-ħidma ta’ tiftix u salvataġġ filwaqt li l-Gvern lokali ta’ Mississippi iddikjara stat ta’ emerġenza.
It-tromba laqtet lil l-istati matul il-lejl waqt li diversi nies kienu rieqda u ma kellhom l-ebda ħjiel jew indikazzjoni ta’ dan id-diżastru naturali.
Il-President Amerikan Joe Biden offra l-appoġġ tiegħu lejn ir-reġjun li ntlaqat minn din it-tromba u ddeskriva x-xeni tat-tifrik bħala ta’ qsim il-qalb u qal li l-Gvern federali se jagħmel li jista’ sabiex jgħin.