Minn tal-inqas 20 persuna tilfu ħajjithom wara li tal-linja li kienu fuqha baqgħet nieżla għal isfel mill-irdum qrib il-kumpless ta’ Marmaris fit-Turkija.
Apparti minn hekk 11-il persuna ndarbu meta s-sewwieq ta’ tal-linja tilef il-kontroll, baqa’ dieħel fil-‘crash barriers’ u baqgħet niżlet isfel.
Il-midja lokali qalet li ma kien hemm ebda persuna barranija fost il-vittmi.
Minn tal-inqas 40 persuna kienu abbord fejn intqal li x’aktarx ma ħadmux il-brejkijiet.
Rapporti oħrajn sostnew li l-maġġoranza tal-vittmi kienu nisa u tfal.