Minn tal-inqas 20 persuna mietu u kważi 80 oħra ndarbu wara li tank tal-fjuwil sploda f’maħżen li jaħżen il-fjuwil b’mod illegali fit-Tramuntana tal-Libanu.
L-armata tal-Libanu kkofiskat madwar 60,000 litru ta’ fjuwil li kien qed jinbiegħ bil-kutrabandu. Dan wara li fil-Libanu bħalissa hemm nuqqas qawwi ta’ fjuwil, sforz in-negleġenza tal-Gvern fil-Libanu
Qed jiġi rrapportat li fil-ħin tal-inċident kien hemm madwar 200 persuna fi kju biex jixtru l-fjuwil.