Simba, kelba li għandha tmien snin, tilfet lil sidha u spiċċat mingħar saqaf fuq rasha. Ġara li wara li bdiet tinżamm minn familja b’mod temporanju, kien hemm raġel li resaq ‘il quddiem biex jaddottaha iżda minn ħolma ta’ familja li tħobbha spiċċat maqfula f’razzett b’ċinga u maħqura. Kienet proprju mara li tħobb l-annimali li wara li talbet għal diversi drabi biex tara lil Simba, tħalliet tidħol iżżurha. Iżda filwaqt li kienet qed tinżamm f’post maħmuġ u maqfula, ma stennietx li ssibha fi stat daqshekk ħażin. Dan hekk kif wara biss ġimgħa li kienet ilha tinżamm hemm, Simba nstabet b’ferita kbar ma’ ġisimha u kien hemm li hi ttieħdet mingħand is-sid il-ġdid u marru dritt għand veterinarju biex tingħata l-kura meħtieġa.
Wara li saritilha operazzjoni, Simba issa qed tirkupra sew u tinsab ‘il bogħod minn dak ir-raġel li ħaqarha tant f’ġimgħa waħda biss li damet għandu.
Issa Simba qed tfittex familja ġdida li lesta tingħata l-imħabba kollha li jixirqilha, familja li lesta tagħmilha reġina kif kienet mal-ewwel sid tagħha.