Għadha kemm tħabbret il-mewt tal-attur u produttur Joseph Żep Camillieri. Huwa miet fl-età ta’ 64 sena.
Kienu bosta li fakkru l-memorja ta’ Żep għas-sehem tiegħu fix-xena tal-ispettaklu lokali u l-kwalitajiet sbieħ tiegħu.
Intant fi stqarrija l-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Żep Camilleri, bniedem li ta kontribut enormi lix-xena tal-palk u d-drama f’pajjiżna. It-telfa tiegħu hija telfa għas-settur kulturali f’pajjiżna.
Żep Camilleri mhux biss kien jispikka għal ħiliet straordinarji tiegħu fil-qasam artistiku u tal-midja, iżda wkoll għall-fatt li dak li kien jaf hu dejjem prova jgħaddih lil ħaddieħor. Fil-fatt hu magħruf ukoll bħala edukatur mill-aqwa li kien protagonist f’bidliet li saru biex fis-settur edukattiv l-arti espressiva tkun mgħallma b’iktar professjonalità. Ir-reazzjoni ta’ ħafna studenti tiegħu għal din l-aħbar ta’ niket hija l-ikbar xhieda ta’ dan.
Fi tweet il-Ministru Owen Bonnici fakkar il-memorja ta’ Camilleri fejn spjega kif kulħadd tilef ħabib kbir u edukatur mill-aqwa. Spjega kif se jibqa’ mfakkar minn bosta.
Just heard the news of Żep Camilleri’s passing this morning. Gutted. We lost a good friend, a brilliant educator and a stalwart of Maltese Theatre. He will be fondly remembered by the many who crossed paths with him. May he rest in peace. pic.twitter.com/VqvPBdjqb4
— Owen Bonnici (@OwenBonnici) July 26, 2019