Sfortunatament, permezz ta’ post fuq facebook, id-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali qalet kif Bronko, wieħed mill-klieb li ġew ikkonfiskati aktar kmieni din il-ġimgħa, miet kawża tal-ġrieħi gravi li kellu.
Spjegaw kif għalkemm il-veterinarji fi ħdan id-Dipartiment għamlu dak kollu possibbli biex isalvawlu ħajtu, Bronku ma rnexxilux isalva.
Fil-post li tellgħu qalu kif il-kumplament tal-klieb għadhom qed jirċievu l-kura neċessarja.