Fl-ewwel jum tas-sena l-ġdida, tħabbret il-mewt tal-producer tal-film ‘Blood on the Crown’ – film li kien ittrata l-ġrajja storika tas-Sette Giugno.
Huwa ħadem f’bosta produzzjonijiet kemm lokali u anki internazzjonali. Fost il-produzzjonijiet li kien qed jaħdem riċentament kien dak tal-Innu Malti, li deher fil-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena tal-Prim Ministru Robert Abela, interpretata minn Ira Losco minn ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.
Il-producer lokali Aaron Briffa sellem il-memorja ta’ Miletic, li semma li f’dawn l-aħħar snin ħadmu flimkien fuq produzzjonijiet. Stqarr li huma wettqu l-ħolma tagħhom, li jipproduċu film lokali.
AQRA AKTAR:
Ritratt: IMDb