Miet ir-raġel ta’ 26 sena li għamel xi jiem fil-periklu tal-mewt wara t-Tlieta filgħodu ttajjar minn taxi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema.
It-taxi kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mill-Imsida. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel Libjan l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika. Wara jumejn jiġġieled għal ħajtu r-raġel miet. Bil-każ kienet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.