Persuna li kienet miexja fit-triq sfat imtajra minn karozza fil-Mellieħa, b’konsegwenza li tilfet ħajjitha.
Aktar kmieni l-Pulizija kkonfermat li dak milqut huwa raġel ta’ 40 sena u l-inċident seħħ għall-ħabta tas-06:40 a.m, fi Triq il-Marfa.
Filwaqt li fil-bidu kollox kien jindika li dak li ntlaqat huwa sewwieq ta’ rota, aktar tard il-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ meta persuna li kienet fit-triq intlaqtet minn vettura Toyota Passo misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena residenti l-Fgura. Huwa kien qed isuq f’direzzjoni lejn iċ-Ċirkewwa. Wara li ntlaqtet il-persuna li kienet fit-triq, il-karozza nstaqet ftit metri, imbagħad waqfet. Kien hawn li daħlet karozza oħra fit-Toyota, karozza tat-tip Subaru J10.
Il-Pulizija aktar tard stabilixxiet li r-rota li tidher fuq il-post tal-inċident mhix tal-persuna mejta, iżda hija ta’ xi ħadd li waqaf jagħti l-għajnuna.