Tħabbret il-mewt tal-kantant popolari u maħbub Malti Tony Camilleri magħruf aħjar bħala l-Bayzo.
Jibqa’ magħruf għal-leħen uniku li kellu u anke għal kanzunetti mill-isbaħ fosthom Qalu li raw.
Kien wieħed mill-kantanti tar-Rock Opera popolari Maltija: Ġensna u kien irrispettat għall-istil uniku tiegħu kif ukoll għall-umiltà li dejjem żamm.
Fis-snin sittin kien ukoll wieħed mill-kantanti ewlenin tal-grupp The Malta Bums.
Il-Bayzo miet fl-età ta’ 70 sena u kien minn San Pawl il-Baħar. Hu twieled fit-3 t’April tal-1947.
Żgur li din hija telfa għax-xena mużikali Maltija.
Din hija l-kanzunetta Inħobbok li kienet dwett bejn Mary Rose Mallia u l-Bayzo fl-1984 fir-Rock opera Ġensna.