Tħabbret il-mewt tas-Surmast tal-Iskola ta’ San Anton, Sandro Spiteri wara li kienu ilu marid għal diversi xhur. Huwa ħalla din id-dinja fl-età ta’ 56 sena.
Is-Sur Matthew Bianchi, li jifforma parti mill-bord tal-Iskola ta’ San Anton, f’email informa lill-ġenituri tal-iskola ta’ San Anton li s-Surmast ħalla din id-dinja, it-Tnejn waranofsinhar.
Spiteri nħatar bħala Kap ta’ din l-iskola s-sena li għaddiet, meta huwa rritorna f’din l-iskola wara nuqqas ta’ sentejn. Huwa għamel tmien snin jgħallem il-Malti f’din l-iskola, u kien jifforma wkoll parti mill-amministrazzjoni.
Huwa ta l-kontribut tiegħu fi programm tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi, filwaqt li fl-2001 huwa nieda l-Malta Writing Programme, li ġie affiljat mal-Europe of the National Writing Project fl-Istati Uniti.
Bosta kienu dawk li esprimew is-sogħba tagħhom għal mewt ta’ Dr Spiteri.