Il-Ħadd filgħaxija thabbret il-mewt tal-ex President tal-Federazzjoni Maltija tal-Isparar Salvu Portelli.
Portelli kien President tal-Federazzjoni tal-Isparar għal xejn anqas minn tmintax il-sena fejn taħt it-tmexxija tiegħu Malta rebħet bosta unuri internazzjoni fid-dixxiplina tal-isparar. Apparti l-kariga ta’ President, għal xi żmien huwa kien okkupa l-kariga ta’ segretarju u anke teżorier.
F’isem OneSport kondoljanzi lil familja Portelli.