Miet Saeb Erekat, wieħed mill-aktar figuri prominenti fil-politika Palestinjana li serva ta’ Segretarju Ġenerali għall-Organizzazzjoni tal-Ħelsien tal-Palestina u bħala konsulent għall-President Mahmoud Abbas. Hu miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.
Huwa kien ħa sehem fit-taħditiet għall-paċi li kienu saru f’Oslo fid-disgħinijiet bejn il-Palestinjani u l-Iżrael.