Qed jiġi rrapportat li miet id-DJ tant popolari Roberto Concina, magħruf aktar bħala Robert Miles. Miles għandu diski li minkejja li għaddew aktar minn 20 sena minn meta nħarġu xorta waħda għadhom popolari ferm, speċjalment id-diska Children. Min jaf kemm din id-diska ġġib memorji sbieħ għall-laburisti, diska li mal-ewwel nota tagħha l-fosos kien ‘jisplodi’ waqt il-mass meeting.
Iżda din id-diska mhux biss tinżel għasel mal-Maltin iżda tistà tgħid li hija popolari mad-dinja kollha hekk kif Robert Miles irnexxielu jibqa’ fil-quċċata tac-charts tal-mużika għal tlettax-il ġimgħa bid-diska Children.
Qed jiġi rrapportat li d-DJ tilef ħajtu riżultat ta’ marda li kellu. Huwa miet fl-età ta’ 47 sena f’Ibiża.
Joe T Vannelli, li għal żmien twil ikkollabora ma’ Miles kiteb fuq il-profil ta’ facebook tiegħu li ma jistax jemmen din l-aħbar u li d-dinja tal-mużika trance tilfet “artist b’talent kbir.”