Tilef ħajtu Ray Wilkins fl-età ta’ 61 sena, ġimgħa wara li tah attakk tal-qalb waqt li kien id-dar.
L-eks kowċ tal-futbol tal-Ingilterra kien qed jinżamm f’koma iżda t-tifel tiegħu Ross, ta’ 36 sena, ħabbar li missieru tilef ħajtu. Hu ħalla warajh lil martu Jackie u liż-żewġt itfal tiegħu Ross u Jade.
Il-familja rringrazzjat lil dawk kollha li bagħtulhom messaġġi ta’ kondoljanzi minn madwar id-dinja.
Hu kien magħruf sew bħala leġġenda meta kien midfielder ma’ Chelsea u Manchester United.