Tħabbret il-mewt taċ-Chairman tal-Marsa Sports Club (MSC) Ralph Asciak, fl-età ta’ 56 sena. Asciak kien iċ-Chairman attwali, liema kariga kien ilu jokkupa 11-il sena.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius wassal il-kondoljanzi lill-familjari tas-Sur Asciak u l-membri kollha tal-MSC, speċjalment lill-kumitat tal-istess MSC li fi kliem is-Segretarju Parlamentari tilef persuna tant importanti fit-tmexxija tal-club.