Raġel ta’ 60 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar imut wara li kien involut f’argument.
Il-Pulizija qed tqis dan il-każ bħala omiċidju u qed tkellem persuna sabiex jgħinha fl-investigazzjonijiet, li qed isiru mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u tad-Distrett tal-Qawra.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-siegħa u nofs fi stabbiliment fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar.
Waqt li l-Pulizija kienet sejra fuq il-post, ġiet informata li fl-Isptar Mater Dei kien iddaħħal raġel b’ambulanza mill-istess post. Għall-ewwel, huwa kien ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji, iżda b’xorti ħażina, il-vittma ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru, jidher li r-raġel kien involut f’argument waqt li kien ġo stabbilemnt u li għal xi raġuni waqa’ t-taraġ.
Il-Magistrat tal-Għassa Astrid May Grima qiegħda tmexxi inkjesta b’rabta ma’ dan il-każ.