Raġel ta’ 36 sena jmut waqt id-dimostrazzjonijiet li qed isiru f’Havana kontra l-Gvern Kuban.
Skont il-Ministeru għall-Intern Kuban, ir-raġel kien parti minn grupp ta’ dimostranti li attakkaw faċilità tal-Gvern. Bosta ġew arrestati wara dan l-attakk.
Iżda, xhieda qalu li l-forzi tas-sigurtà attakkaw lin-nies li ħarġu fit-toroq jipprotestaw.
Id-dimostrazzjonijiet bdew minn nhar il-Ħadd li għadda, bir-raġel imut waqt il-protesti li saru fil-jum tat-Tnejn.
Intant il-President Kuban Miguel Díaz-Canel qed jakkuża lill-Amerika dwar il-protesti kif ukoll anke dwar is-sitwazzjoni mwiegħra tal-pajjiż fosthom minħabba s-sanzjonijiet ekonomiċi li imponiet fuq Kuba.