Philip Roth, wieħed mill-iktar kittieba Amerikani famużi, miet fl-eta ta’ ħamsa u tmenin sena.
Ix-xogħol tal-awtur, rebbieħ tal-Pulitzer, National Book Award u Man Brooker International Prize, kien inspirit mill-ħajja Lhudija, is-sess u l-ideali Amerikani.
Fost ix-xogħolijiet tiegħu hem American Pastoral, I Married a Communist u Portnoy’s Complaint.
Il-gazzetta The New York Times irrappurtat li ħabib viċin ta’ Roth qal li l-kittieb miet b’insuffiċjenza konġestiva tal-qalb.