Tard il-Ġimgħa filgħaxija, tħabbret il-mewt tal-Isqof Dumnikan Malti fil-Brażil, Monsinjur Walter Michael Ebejer.
Huwa miet fl-età ta’ wieħed u disgħin sena.
Fi stqarrija mill-Provinċja Dumnikana Maltija, ingħad li l-Monsinjur twieled Ħad-Dingli u jiġi ħu l-awtur Malti Francis Ebejer.
Huwa daħal fl-Ordni Dumnikan f’Malta u ġie ordnat saċerdot f’Jannar tal-elf disa’ mija erbgħa u ħamsin.
Il-Monsinjur mar il-Brażil bħala missjunarju fl-elf disa’ mija sebgħa u ħamsin u inqas minn għoxrin sena wara sar Isqof mill-Papa Pawlu VI.