Tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-pijunieri tal-Malta Rugby Football Union, Mike Beerman.
L-aħbar ingħatat mill-istess Malta Rugby Football Union fejn iddeskriviet lil Beerman bħala persuna li ħalla impatt fix-xena ta’ dan l-isport f’pajjiżna.
Mike Beerman kien attiv f’diversi strutturi tar-Rugby lokali b’mod speċjali fil-qasam tar-refereeing fejn serva bħala manager tar-referees. Serva wkoll bħala manager tat-team nazzjonali malti.
Kien ukoll segretarju ġenerali tal-istess Malta Rugby Union.
Il-paġna sportiva ta’ ONE twassal il-kondoljanzi lill-familjari tiegħu.